RADIO MARIA MALTA

Rating: 7 (7)
1

http://radjumarija.org
Genres:  Talk Comedy
News Sport
Bitrate: 128
Sound Format: AAC
Online Synthesizer:
Winamp

RADIO MARIA MALTA

Genre: Talk
Radju Marija ma jxandarx reklami u jiddependi biss mid-donazzjonijiet li jibagħtu s-semmiegħa. Mingħajr l-għajnuna u x-xogħol tal-voluntiera, Radju Marija ma jkunx jista’ jxandar. Aħna nemmnu bis-sħiħ fil-proġett u l-missjoni tal-evanġelizzazjoni sabiex jaslu f’kull dar, biex b’hekk kollha kemm aħna nkomplu nkabbru l-imħabba lejn ommna Marija li żgur tfawwarna b’barkiet fuqna u fuq is-semmiegħa.

Radju Marija Leħen Nisrani fid-dar tiegħek! Radju Marija Malta 102.3 FM/107.8 FM VO15/84L-Assoċjazzjoni Radju Marija ta’ Malta (ARM) twaqqfet f’Ġunju tal-2006. Minn dakinhar, l-Assoċjazzjoni li hija magħmula minn membri li għandhom għal qalbhom Ra…dju Marija u li lesti jaraw li Radju Marija jilħaq l-għanijiet li għalih twaqqaf. L-istatut li jmexxi lil Radju Marija jkun dejjem approvat mill-Familja Dinjija ta’ Radju Marija u l-ħidma tar-Radju hija konformi ma’ dak li titlob il-Familja Dinjija ta’ Radju Marija. Radju Marija għandu l-għan li jkun leħen Nisrani f’kull dar f’Malta u Għawdex u kull fejn jinstema’. Radju Marija jrid ixerred il-Vanġelu ta’ Sidna Ġesù Kristu skont it-tagħlim tal-Knisja Kattolika Rumana permezz ta’ għadd ta’ mezzi fosthom l-istazzjon tar-radju. Il-membri tal-ARM jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena għal Laqgħa Ġenerali Annwali u kull tliet snin b’elezzjoni jagħżlu l-membri li jservu fil-Bord tad-Diretturi ta’ Radju Marija. Il-membri tal-Bord jieħdu ħsieb jeleġġu President minn fosthom u jiltaqgħu regolarment kull xahar. Il-Bord irid jimplimenta d-deċiżjonijiet meħuda fl-Assemblea Ġenerali, jiddeċiedi dwar l-infiq u l-ispejjeż tar-Radju u jieħu ħsieb ukoll l-ingaġġ ta’ impjegati kif meħtieġ. Il-membri tal-ARM ma jirċievu ebda kumpens finanzjarju u jwettqu l-ħidma tagħhom għax għandhom tassew għal qalbhom il-proġett ta’ Radju Marija. Radju Marija huwa stazzjon li jxandar fuq Frekwenza Nazzjonali 102.3FM għal Malta u 107.8FM għal Għawdex, ma jxandarx riklami hu jiddependi biss mid-donazzjonijiet tas-semmiegħa. Mhux Radju tal-Knisja iżda jimxi id f'di mat-tagħlim tal-Knisja31st May 1995 Il-bidu ta’ Radju Marija Malta jmur lura sa mill-31 ta’Mejju 1995, meta dak iż-żmien kien jismu Radio 106 u kien jittrażmetti fuq frekwenza komunitarja. Fil-5 ta’ Meju 1998, Radio 106 ingħaqad ma’ Radio Maria World Family u bidel ismu għal Radju Marija Malta. L-Assoċjazzjoni Radju Marija (ARM) ġiet iffurmata u minn dik il-ġurnata ’l hemm, Radju Mar...
http://www.radjumarija.org/
Comments:
  • Your name:
    captcha

List of radio
Your Radio playlist is empty (Sign Up)
YouTube
RSS Feed News Categories My list of RSS feeds Change site language and RSS feeds English RSS: Reading speed 0
RSS: News
  • Skeda ta’ programmi fuq Radju Marija mit-Tnejn 6 ta’ Lulju 2020

    radjumarija.org Saturday, 4 July 2020 14:11:31

    Agħfas hawn biex tniżżel l-iskeda ta’ programmi fuq Radju Marija mit-Tnejn 6 ta’ Lulju 2020.  

    The post Skeda ta’ programmi fuq Radju Marija mit-Tnejn 6 ta’ Lulju 2020 appeared first on Radju Marija.

  • Fuljett għas-sajf 2020

    radjumarija.org Wednesday, 3 June 2020 22:41:39

    Agħfas hawn biex taqra l-fuljett għas-sajf 2020.

    The post Fuljett għas-sajf 2020 appeared first on Radju Marija.

  • Skeda ta’ programmi fuq Radju Marija mit-Tnejn 13 ta’ April 2020

    radjumarija.org Thursday, 16 April 2020 21:12:40

    Agħfas hawn biex tniżżel l-iskeda ta’ programmi fuq Radju Marija mit-Tnejn 13 ta’ April 2020.  

    The post Skeda ta’ programmi fuq Radju Marija mit-Tnejn 13 ta’ April 2020 appeared first on Radju Marija.

  • Fuljett – Randan 2020

    radjumarija.org Wednesday, 26 February 2020 05:00:58

    Aqra il-fuljett għar-Randan 2020 minn hawn

    The post Fuljett – Randan 2020 appeared first on Radju Marija.

  • Esperjenza unika ma’ Radju Marija ġewwa Medjugorje, il-madwar u Dubrovnik

    radjumarija.org Tuesday, 11 February 2020 21:59:53

    Esperjenza unika ma’ Radju Marija ġewwa Medjugorje, il-madwar u Dubrovnik mis-Sibt 29 ta’ Awwissu, 2020 sas-Sibt 5 ta’ Settembru, 2020. Fuljett Pellegrinagg Medjugorje 2020

    The post Esperjenza unika ma’ Radju Marija ġewwa Medjugorje, il-madwar u Dubrovnik appeared first on Radju Marija.

  • Fuljett – Xitwa 2020

    radjumarija.org Monday, 30 December 2020 14:14:28

    Għadu kemm ġie ppublikat l-fuljett għax-xitwa 2020. Fih tistgħu ssibu dettalji dwar il-programmi l-ġodda. Aqra l-fuljett bill tgħafas hawn.

    The post Fuljett – Xitwa 2020 appeared first on Radju Marija.

  • Fuljett – Ħarifa 2019

    radjumarija.org Friday, 20 September 2019 19:52:42

    Għadu kemm ġie ppublikat l-fuljett għall-ħarifa 2019. Fih tistgħu ssibu dettalji dwar il-programmi l-ġodda. Aqra l-fuljett bill tgħafas hawn.

    The post Fuljett – Ħarifa 2019 appeared first on Radju Marija.

  • Żommli Jdejja

    radjumarija.org Friday, 5 October 2018 00:03:15

    “Żommli jdejja!” hekk kienet tgħidli ommi meta kont żgħir, speċjalmet meta konna mmorru sal-Belt. Meta nara xi omm b’xi tfal żgħar b’idejhom fidha, niftakar f’ommi u fis-sbuħija tat-tfulija. Meta niftakar f’dan niftakar ukoll fi kliem Kristu li min hu bħat-tfal jidħol fis-saltna tas-sema. U kif tkun tifel u tifla spiritwalment?  Naħseb li aħjar mir-Rużarju ma hawnx! Iva ħbieb tiegħi, f’dan ix-xahar ta’ Ottubru għamlu l-ħila tagħkom biex tiskopruh. Kif? L-ewwel iftaħ idejk u ressaqha lejn Ommok tas-Sema biex iżommhielek f’idejha… dan għamlu llum stess, ibda żomm fuqek kuljum il-kuruna tar-Rużarju. Filgħaxija tinsihiex u aqbad idejk f’tagħha biex traqqdek fi ħdana u għalhekk daħħal fis-sodda miegħek il-Kuruna tar-Rużarju. Kieku taf kemm ikollhom kuraġġ dawk l-anzjani li tarahom bil-kuruna f’idejhom għalkemm qegħdin morda fis-sodda għax dejjem hekk draw u jafu li fis-solitudni u fl-uġigħ, il-Madonna dejjem magħhom. Mhux ta’ b’xejn ikunu kalmi u bit-tbissima! F’dan ix-xahar ipprova tfallihiex din it-talba. Jekk qatt ma għedtu u qiegħed tipprova u għandek ma tistax, tħabbilx rasek, illum għid ħamsa, darb’oħra għid għaxra u tara kif ftit, ftit  jibda jsir parti minn ħajtek. Issa għaxra… issa tletin u issa ħamsin darba. Jaqaw int meta twelidt bdejt tiekol ikel solidu mill-ewwel? Tinsiex meta tkun qiegħed bil-kuruna tar-Rużarju f’idejk, qisek għandek idejk f’idejn Ommok tas-Sema. Tistħix minn Ommok! Jien rajt nisa u rġiel kbar mexjin fit-triq ma’ ommom iżommuhom f’idejhom għax kienu anzjani; u dawn ma jistħux minn dan. M’għandekx għalfejn tistħi minn Ommok, minn Ommok tas-Sema. Kien hemm raġel adult fuq ferrovija dejjem bil-kuruna f’idejh. Meta staqsew min kien, u qalulhom li dak ir-raġel kien Louis Pasteour baqaw mbellhin, għax dan kien xjenzat kbir franċiż. Tistħix minn din il-mara kbira għax ma hawn ħadd akbar minnha. Isma’ l-vuċi tal-Madonna li ssejjaħlek permezz ta’ Radju Marija u bi ħlewwa u sodizza tgħidlek: “Żommli jdejja!”. Isejjaħlek permezz tar-Radju tagħha,...

    Read More

    The post Żommli Jdejja appeared first on Radju Marija.

  • Tħoss Magħkom

    radjumarija.org Tuesday, 4 September 2018 01:10:12

    Matul dan ix-xahar ta’ Settembru, il-Knisja tiċċelebra żewġ festi; dik tal-14, il-festa ta’ Salib Imqaddes u l-għada tal-15, il-festa tad-Duluri, il-ġurnata liturġika ta’ Marija Addolorata. Dawn il-festi jfakkru meta r-relikwija tas-Salib Imqaddes reġgħet ingħatat lura lill-Insara u għalhekk kienu għamlu festi kbar hija u dieħla lura f’Ġerusalemm, u għalhekk din il-festa tissejjaħ tal-Eżaltazzjoni tas-Salib jew aħjar tal-Glorja. Dik tad-Duluri ntgħażlet li tkun f’din id-data mill-qaddis Papa San Piju X. Kellu raġun dan il-Papa li jagħżel din id-data għax tassew jixraq li wara l-unur li jingħata lis-Salib ta’ Kristu, nagħtu wkoll ġieħ lill-Verġni Marija fid-Duluri tagħha. Għax kienet hi sa mit-twelid ta’ Binha kellha tbati miegħu f’dan il-wied ta’ dmugħ. Kienet hi li laqgħet l-uġigħ kollu meta kienet tisma’ b’min ma jridx jaf bih u riedu jixħtuh minn l-għolja għal isfel… tinkwieta għax tisma’ b’min kien kontrieh u b’dawk li kienu qegħdin jikkonfoffaw kontrieh. Hi li ħasset dwejjaq mill-kbar għal waqt il-ħin li ttradewh, ikkundannawh u ħaqruh bla ħniena. Hi li ħasset uġigħ liema bħalu waqt l-agunija u l-mewt. Hi li ħasset solitudni liema bħala f’jum is-Sibt, lejliet il-qawmien. Dan ħassitu b’mod naturali bħala omm imma wkoll b’mod spirtiwali bħala dixxiplu; iva u huwa għalhekk li f’dan iż-żmien hija għażlet li matul dawn l-aħħar snin, il-Madonna f’Malta u fid-dinja kollha permezz ta’ Radju Marija tibqa’ tkompli tħoss magħna. Għax permezz ta’ dan il-leħen tagħha hija tibqa’ turina kemma għadha tħoss għad-dinja kollha. Tħoss fejn hemm pajjiżi li lil Binha Ġesù għadhom qed jaħqruh u joqtluh f’ħutu Nsara ppersegwitati. Iva, il-Madonna għadha tħoss għal dawk li għadhom jikkonfoffaw, jonsbuh u jixiequ jsikktuh. Ukoll f’xi pajjiżi li jippruvaw issiktu lil Insara u lill-istazzjon Radju Marija… jew b’saħħa ma jriduhx u ma jingħatalhomx il-permess li jiftħu stazzjon. Imma iva għeżież ħbieb tagħna, id-Duluri tibqa’ tħoss hawn ukoll f’Radju Marija Malta ma’ dawk li għaddejjin...

    Read More

    The post Tħoss Magħkom appeared first on Radju Marija.

  • Isimgħu Lilu!

    radjumarija.org Tuesday, 31 July 2018 01:10:41

    Għeżież ħbieb, “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Dan hu l-kliem li se nisimgħu meta jiġi moqri l-Vanġelu li jfakkar it-Trasfigurazzjoni tal-Mulej jew kif nafuha aħjar, is-Salvatur, nhar is-6 ta’ Awwissu. Minn dan nixtieq nieħu biss il-vers li fih Alla l-Missier isemma’ leħnu waqt li Ġesù jidher kollu dija fuq il-Muntarnja Tabor. “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Nixtieq nieħdu biss il-kliem ‘Isimgħu lilu’, għax fil-kelma smigħ għandek l-imġiba veru tal-bniedem ta’ Alla. L-Iskrittura tispjegalna li għal kuntrarju ta’ dak li kienu jemmnu l-pagani, speċjalment il-filosfi Griegi; li biex tifhem kollox trid tara, għal-Lhud trid tisma’ biex ikollok il-verità sħiħa. Fis-smigħ inti qed tiftaħ qalbek verament għal Alla. Għax il-fidi jiġi mis-smigħ u dan hu x-xogħol aħħari ta’ Radju Marija. Permezz tas-smigħ ta’ dan ir-Radju, iktar se nikbru fl-għarfien tat-tagħlim ta’ Alla, insiru iktar midħla tal-verità waħdanija ta’ Kristu mhux għax nisimgħu b’attenzjoni biss, imma għax nisimgħu bil-qalb miftuħa. Is-smigħ se jkompli jgħinna biex nobdu wkoll ir-rieda ta’ Alla għax fil-verità tagħmel sens u hi ta’ ġid għalina. Permezz tas-smigħ ta’ Radju Marija, għadna għajnuna oħra biex nisimgħu lil Ġesù Kristu li hu l-aħħar kelma ta’ Alla l-Missier għal bnedmin kollha u din hi l-istedina tiegħu: “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Mela f’dan l-ispirtu, komplu isimgħu Radju Marija u bħal Verġni Mbierka, kollox isimgħu u żommu f’qalbkom għax “…hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!” (Lq11;28) Ħallu lil Radju Marija jkun parti mit-talb tagħkom biex dejjem ifakkarkom fil-Mulej tagħna għax Hu jisma’ lil dawk li għandhom qalbhom miftuħa għalih, jisma’ lil dawk li jgħixu fl-umiltà għax qegħdin fl-iskola tal-mara umli ta’ Nazzaret li tagħha hu dan ir-Radju! Dejjem tagħkom f’Ġesu’ u Marija   Fr Antoine Borg Direttur Radju Marija

    The post Isimgħu Lilu! appeared first on Radju Marija.

Top 10: USA Top 10: USA

Genre: Various
Video Streaming
  • Play   Lagu Indonesia Terbaik - Terpopuler - Terhits Sepanjang Masa #MusicStream #LiveMusic #DirumahAja
  • Play   Best Radio 1 • Live Radio Pop Music 2020' Best English Songs Of All Time - New Popular Songs 2020
  • Play   Fenomen Pop Live Radio • Pop Music 2020 - Best English Songs Of All Time - New Popular Songs 2020
  • Play   lofi hip hop radio - beats to relax/study to
  • Play   Dance Music Live Radio • Best English Songs 2020 - Top Hits 2020 New Pop Songs Remix
  • Play   Tropical House Radio • 24/7 Live Radio | Best Relax House, Chillout, Study, Running, Happy Music
  • Play   The Good Life Radio • 24/7 Live Radio | Best Relax House, Chillout, Study, Running, Gym, Happy Music
  • Play   New Popular Songs 2020 - Top 40 Songs This Week - Best Hits Music Playlist 2020
  • Play   Deep Legacy. Radio • 24/7 Music Live Stream | Deep & Tropical House, Chill Out, Dance Music, EDM
  • Play   Sunday Coffee: Relaxing Jazz Radio - Smooth JAZZ & Soft Bossa Nova for Calm, Work, Study at Home