Radju Marija ma jxandarx reklami u jiddependi biss mid-donazzjonijiet li jibagħtu s-semmiegħa. Mingħajr l-għajnuna u x-xogħol tal-voluntiera, Radju Marija ma jkunx jista’ jxandar. Aħna nemmnu bis-sħiħ fil-proġett u l-missjoni tal-evanġelizzazjoni sabiex jaslu f’kull dar, biex b’hekk kollha kemm aħna nkomplu nkabbru l-imħabba lejn ommna Marija li żgur tfawwarna b’barkiet fuqna u fuq is-semmiegħa.
Radju Marija Leħen Nisrani fid-dar tiegħek! Radju Marija Malta 102.3 FM/107.8 FM VO15/84L-Assoċjazzjoni Radju Marija ta’ Malta (ARM) twaqqfet f’Ġunju tal-2006. Minn dakinhar, l-Assoċjazzjoni li hija magħmula minn membri li għandhom għal qalbhom Ra…dju Marija u li lesti jaraw li Radju Marija jilħaq l-għanijiet li għalih twaqqaf. L-istatut li jmexxi lil Radju Marija jkun dejjem approvat mill-Familja Dinjija ta’ Radju Marija u l-ħidma tar-Radju hija konformi ma’ dak li titlob il-Familja Dinjija ta’ Radju Marija. Radju Marija għandu l-għan li jkun leħen Nisrani f’kull dar f’Malta u Għawdex u kull fejn jinstema’. Radju Marija jrid ixerred il-Vanġelu ta’ Sidna Ġesù Kristu skont it-tagħlim tal-Knisja Kattolika Rumana permezz ta’ għadd ta’ mezzi fosthom l-istazzjon tar-radju. Il-membri tal-ARM jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena għal Laqgħa Ġenerali Annwali u kull tliet snin b’elezzjoni jagħżlu l-membri li jservu fil-Bord tad-Diretturi ta’ Radju Marija. Il-membri tal-Bord jieħdu ħsieb jeleġġu President minn fosthom u jiltaqgħu regolarment kull xahar. Il-Bord irid jimplimenta d-deċiżjonijiet meħuda fl-Assemblea Ġenerali, jiddeċiedi dwar l-infiq u l-ispejjeż tar-Radju u jieħu ħsieb ukoll l-ingaġġ ta’ impjegati kif meħtieġ. Il-membri tal-ARM ma jirċievu ebda kumpens finanzjarju u jwettqu l-ħidma tagħhom għax għandhom tassew għal qalbhom il-proġett ta’ Radju Marija. Radju Marija huwa stazzjon li jxandar fuq Frekwenza Nazzjonali 102.3FM għal Malta u 107.8FM għal Għawdex, ma jxandarx riklami hu jiddependi biss mid-donazzjonijiet tas-semmiegħa. Mhux Radju tal-Knisja iżda jimxi id f'di mat-tagħlim tal-Knisja31st May 1995 Il-bidu ta’ Radju Marija Malta jmur lura sa mill-31 ta’Mejju 1995, meta dak iż-żmien kien jismu Radio 106 u kien jittrażmetti fuq frekwenza komunitarja. Fil-5 ta’ Meju 1998, Radio 106 ingħaqad ma’ Radio Maria World Family u bidel ismu għal Radju Marija Malta. L-Assoċjazzjoni Radju Marija (ARM) ġiet iffurmata u minn dik il-ġurnata ’l hemm, Radju Mar... http://www.radjumarija.org/
Programmi mxandra fit-tielet ġimgħa tal-iskeda tar-rebbiegħa 2026
radjumarija.org Friday, 24 April 2026 21:14:25
Isma’ l-programmi kollha mxandra fit-tielet ġimgħa tal-iskeda tar-rebbiegħa 2026. Radju Marija Malta · Radju Marija Malta – 2026 – Skeda Rebbiegħa – Ġimgħa 3 Tista’ wkoll tisma’ l-programmi mis-sezzjoni ‘On Demand’.
Programmi mxandra fit-tieni ġimgħa tal-iskeda tar-rebbiegħa 2026
radjumarija.org Saturday, 18 April 2026 13:25:17
Isma’ l-programmi kollha mxandra fit-tieni ġimgħa tal-iskeda tar-rebbiegħa 2026. Radju Marija Malta · Radju Marija Malta – 2026 – Skeda Rebbiegħa – Ġimgħa 2 Tista’ wkoll tisma’ l-programmi mis-sezzjoni ‘On Demand’.
Programmi mxandra fl-ewwel ġimgħa tal-iskeda tar-rebbiegħa 2026
radjumarija.org Saturday, 11 April 2026 12:34:35
Isma’ l-programmi kollha mxandra fl-ewwel ġimgħa tal-iskeda tar-rebbiegħa 2026. Radju Marija Malta · Radju Marija Malta – 2026 – Skeda Rebbiegħa – Ġimgħa 1 Tista’ wkoll tisma’ l-programmi mis-sezzjoni ‘On Demand’.
Programmi mxandra fit tlettax-il ġimgħa tal-iskeda tax-xitwa 2026
radjumarija.org Tuesday, 31 March 2026 11:14:12
Isma’ l-programmi kollha mxandra fit tlettax-il ġimgħa tal-iskeda tax-xitwa 2026. Radju Marija Malta · Radju Marija Malta – 2026 – Skeda Xitwa – Ġimgħa 13 Tista’ wkoll tisma’ l-programmi mis-sezzjoni ‘On Demand’.