RADIO MARIA MALTA

Rating: 7 (7)
1

Sprache:
http://radjumarija.org
Genres:  Talk Comedy
News Sport
Bitrate: 128
Tonformat: AAC
Online-Synthesizer:
Winamp

RADIO MARIA MALTA

Genre: Talk
Radju Marija ma jxandarx reklami u jiddependi biss mid-donazzjonijiet li jibagħtu s-semmiegħa. Mingħajr l-għajnuna u x-xogħol tal-voluntiera, Radju Marija ma jkunx jista’ jxandar. Aħna nemmnu bis-sħiħ fil-proġett u l-missjoni tal-evanġelizzazjoni sabiex jaslu f’kull dar, biex b’hekk kollha kemm aħna nkomplu nkabbru l-imħabba lejn ommna Marija li żgur tfawwarna b’barkiet fuqna u fuq is-semmiegħa.

Radju Marija Leħen Nisrani fid-dar tiegħek! Radju Marija Malta 102.3 FM/107.8 FM VO15/84L-Assoċjazzjoni Radju Marija ta’ Malta (ARM) twaqqfet f’Ġunju tal-2006. Minn dakinhar, l-Assoċjazzjoni li hija magħmula minn membri li għandhom għal qalbhom Ra…dju Marija u li lesti jaraw li Radju Marija jilħaq l-għanijiet li għalih twaqqaf. L-istatut li jmexxi lil Radju Marija jkun dejjem approvat mill-Familja Dinjija ta’ Radju Marija u l-ħidma tar-Radju hija konformi ma’ dak li titlob il-Familja Dinjija ta’ Radju Marija. Radju Marija għandu l-għan li jkun leħen Nisrani f’kull dar f’Malta u Għawdex u kull fejn jinstema’. Radju Marija jrid ixerred il-Vanġelu ta’ Sidna Ġesù Kristu skont it-tagħlim tal-Knisja Kattolika Rumana permezz ta’ għadd ta’ mezzi fosthom l-istazzjon tar-radju. Il-membri tal-ARM jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena għal Laqgħa Ġenerali Annwali u kull tliet snin b’elezzjoni jagħżlu l-membri li jservu fil-Bord tad-Diretturi ta’ Radju Marija. Il-membri tal-Bord jieħdu ħsieb jeleġġu President minn fosthom u jiltaqgħu regolarment kull xahar. Il-Bord irid jimplimenta d-deċiżjonijiet meħuda fl-Assemblea Ġenerali, jiddeċiedi dwar l-infiq u l-ispejjeż tar-Radju u jieħu ħsieb ukoll l-ingaġġ ta’ impjegati kif meħtieġ. Il-membri tal-ARM ma jirċievu ebda kumpens finanzjarju u jwettqu l-ħidma tagħhom għax għandhom tassew għal qalbhom il-proġett ta’ Radju Marija. Radju Marija huwa stazzjon li jxandar fuq Frekwenza Nazzjonali 102.3FM għal Malta u 107.8FM għal Għawdex, ma jxandarx riklami hu jiddependi biss mid-donazzjonijiet tas-semmiegħa. Mhux Radju tal-Knisja iżda jimxi id f'di mat-tagħlim tal-Knisja31st May 1995 Il-bidu ta’ Radju Marija Malta jmur lura sa mill-31 ta’Mejju 1995, meta dak iż-żmien kien jismu Radio 106 u kien jittrażmetti fuq frekwenza komunitarja. Fil-5 ta’ Meju 1998, Radio 106 ingħaqad ma’ Radio Maria World Family u bidel ismu għal Radju Marija Malta. L-Assoċjazzjoni Radju Marija (ARM) ġiet iffurmata u minn dik il-ġurnata ’l hemm, Radju Mar...
http://www.radjumarija.org/
Kommentare:
  • Ihr Name:
    captcha

Liste der Radio
Ihre Radio playlist ist leer (Registrieren)
YouTube
RSS Feed News Kategorien Meine Liste der RSS-Feeds Sprache der Site und RSS-Feeds ändern Deutsch RSS: Lesegeschwindigkeit 0
RSS: Nachrichten
  • Fuljett – Randan 2020

    radjumarija.org | Wednesday, 26 February 2020 05:00:58

    Aqra il-fuljett għar-Randan 2020 minn hawn

    The post Fuljett – Randan 2020 appeared first on Radju Marija.

  • Esperjenza unika ma’ Radju Marija ġewwa Medjugorje, il-madwar u Dubrovnik

    radjumarija.org | Tuesday, 11 February 2020 21:59:53

    Esperjenza unika ma’ Radju Marija ġewwa Medjugorje, il-madwar u Dubrovnik mis-Sibt 29 ta’ Awwissu, 2020 sas-Sibt 5 ta’ Settembru, 2020. Fuljett Pellegrinagg Medjugorje 2020

    The post Esperjenza unika ma’ Radju Marija ġewwa Medjugorje, il-madwar u Dubrovnik appeared first on Radju Marija.

  • Il-31 MLADIFEST ġewwa Medjugorje – Festival Internazjonali għaż-żgħażagħ bit-tema ‘Ejjew U Taraw’

    radjumarija.org | Tuesday, 4 February 2020 21:23:48

    Radju Marija Malta Il-31 MLADIFEST ġewwa Medjugorje – Festival Internazjonali għaż-żgħażagħ bit-tema ‘Ejjew U Taraw’ (Ġw1, 39) Mis-Sibt 1 ta’ Awwissu sas-Sibt 8 ta’ Awwissu 2020 Is-Sibt, 1 ta’ Awwissu, 2020 Niltaqgħu fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fis-2:20 pm għat-titjira tagħna tal-Air Malta KM 7450 għal Dubrovnik li titlaq fl-4:20pm. Naslu Dubrovnik fis-5:40pm, u nibdew ilvjaġġ lejn Medjugorje li jieħu madwar 3 sigħat. Tqassim tal-kmamar u ċena. Mill-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020 sal-Ħamis 6 ta’ Awwissu 2020 filgħodu, meta jagħlaq il-festival Insegwu l-programm uffiċċjali maħruġ mill-Paroċċa ta’ San Ġakbu fejn nattendu għat-talb li jsir, l-Ewkaristija, Katekeżi, Testimonjanzi, tlugħ fuq il-Għolja tad-Deheriet u l-Għolja tasSalib u l-kunċerti ta’ tifħir. Il-Ħamis 6 ta’ Awwissu 2020 Wara nofsinhar immorru Siroki Brijeg u Tihaljina fejn niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien. Filgħaxija mmorru fil-Paroċċċa ta’ San Ġakbu għat-tberik tal-oġġetti u Adorazzjoni Il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu 2020 Nibdew il-ġurnata bl-Ewkaristija ġewwa MOSTAR, belt storika u mħarsa bħala patrimonju kulturali dinji mill-UNESCO, wara nżuru Blagaj, Zitomistici (Monasteru Serb Ortodoss) u Procitelj, li huma fost l-isbaħ inħawi tal-Bożnja u Herżegovina Filgħaxija nattendu għall-Adorazzjoni tas-Salib fil-Paroċċa ta’ San Ġakbu Is-Sibt 8 ta’ Awwissu 2020 Nibdew bl-Ewkaristija ġewwa l-knisja dedikata lill-Ħniena Divina ġewwa r-raħal kwiet ta’ SURMANCI, fejn insibu l-ikona mirakoluża tal-Ħniena Divina u relikwa ta’ Santa Fawstina Kowalska. F’nofsinhar nitilqu għall-ajruport biex naqbdu t-titjira lura lejn Malta KM 7451 li titlaq minn Dubrovnik fis-6:30pm b’wasla f’Malta fit-7:55pm. Prezz kull ras:- Persuna adulta f’kamra għaliha: €674 Persuna adulta f’kamra doppja / tripla: €590 Il-prezz jinkludi dan li ġej: Titjiriet diretti lejn u minn Dubrovnik 7 iljieli akkomodazzjoni fil-Pension “Tunin” f’ Medjugorje Kmamar b’faċilitajiet private Kolazzjon buffet kif ukoll ċena jew pranzu kuljum f’Medjugorje Kull mawra, magħduda t-trasport Gwida tal-lokal Servizzi ta’ tour-leader u tad-Direttur Spiritwali Transfers tal-ajruport Taxxi tal-ajruport u taxxa tas-servizz Assikurazzjoni taħt l-Insolvency Fund Il-programm tal-31 Mladifest 2020, il-ħinijiet u d-destinazzjonijiet...

    Read More

    The post Il-31 MLADIFEST ġewwa Medjugorje – Festival Internazjonali għaż-żgħażagħ bit-tema ‘Ejjew U Taraw’ appeared first on Radju Marija.

  • Fuljett – Xitwa 2020

    radjumarija.org | Monday, 30 December 2020 14:14:28

    Għadu kemm ġie ppublikat l-fuljett għax-xitwa 2020. Fih tistgħu ssibu dettalji dwar il-programmi l-ġodda. Aqra l-fuljett bill tgħafas hawn.

    The post Fuljett – Xitwa 2020 appeared first on Radju Marija.

  • Fuljett – Ħarifa 2019

    radjumarija.org | Friday, 20 September 2019 19:52:42

    Għadu kemm ġie ppublikat l-fuljett għall-ħarifa 2019. Fih tistgħu ssibu dettalji dwar il-programmi l-ġodda. Aqra l-fuljett bill tgħafas hawn.

    The post Fuljett – Ħarifa 2019 appeared first on Radju Marija.

  • Żommli Jdejja

    radjumarija.org | Friday, 5 October 2018 00:03:15

    “Żommli jdejja!” hekk kienet tgħidli ommi meta kont żgħir, speċjalmet meta konna mmorru sal-Belt. Meta nara xi omm b’xi tfal żgħar b’idejhom fidha, niftakar f’ommi u fis-sbuħija tat-tfulija. Meta niftakar f’dan niftakar ukoll fi kliem Kristu li min hu bħat-tfal jidħol fis-saltna tas-sema. U kif tkun tifel u tifla spiritwalment?  Naħseb li aħjar mir-Rużarju ma hawnx! Iva ħbieb tiegħi, f’dan ix-xahar ta’ Ottubru għamlu l-ħila tagħkom biex tiskopruh. Kif? L-ewwel iftaħ idejk u ressaqha lejn Ommok tas-Sema biex iżommhielek f’idejha… dan għamlu llum stess, ibda żomm fuqek kuljum il-kuruna tar-Rużarju. Filgħaxija tinsihiex u aqbad idejk f’tagħha biex traqqdek fi ħdana u għalhekk daħħal fis-sodda miegħek il-Kuruna tar-Rużarju. Kieku taf kemm ikollhom kuraġġ dawk l-anzjani li tarahom bil-kuruna f’idejhom għalkemm qegħdin morda fis-sodda għax dejjem hekk draw u jafu li fis-solitudni u fl-uġigħ, il-Madonna dejjem magħhom. Mhux ta’ b’xejn ikunu kalmi u bit-tbissima! F’dan ix-xahar ipprova tfallihiex din it-talba. Jekk qatt ma għedtu u qiegħed tipprova u għandek ma tistax, tħabbilx rasek, illum għid ħamsa, darb’oħra għid għaxra u tara kif ftit, ftit  jibda jsir parti minn ħajtek. Issa għaxra… issa tletin u issa ħamsin darba. Jaqaw int meta twelidt bdejt tiekol ikel solidu mill-ewwel? Tinsiex meta tkun qiegħed bil-kuruna tar-Rużarju f’idejk, qisek għandek idejk f’idejn Ommok tas-Sema. Tistħix minn Ommok! Jien rajt nisa u rġiel kbar mexjin fit-triq ma’ ommom iżommuhom f’idejhom għax kienu anzjani; u dawn ma jistħux minn dan. M’għandekx għalfejn tistħi minn Ommok, minn Ommok tas-Sema. Kien hemm raġel adult fuq ferrovija dejjem bil-kuruna f’idejh. Meta staqsew min kien, u qalulhom li dak ir-raġel kien Louis Pasteour baqaw mbellhin, għax dan kien xjenzat kbir franċiż. Tistħix minn din il-mara kbira għax ma hawn ħadd akbar minnha. Isma’ l-vuċi tal-Madonna li ssejjaħlek permezz ta’ Radju Marija u bi ħlewwa u sodizza tgħidlek: “Żommli jdejja!”. Isejjaħlek permezz tar-Radju tagħha,...

    Read More

    The post Żommli Jdejja appeared first on Radju Marija.

  • Tħoss Magħkom

    radjumarija.org | Tuesday, 4 September 2018 01:10:12

    Matul dan ix-xahar ta’ Settembru, il-Knisja tiċċelebra żewġ festi; dik tal-14, il-festa ta’ Salib Imqaddes u l-għada tal-15, il-festa tad-Duluri, il-ġurnata liturġika ta’ Marija Addolorata. Dawn il-festi jfakkru meta r-relikwija tas-Salib Imqaddes reġgħet ingħatat lura lill-Insara u għalhekk kienu għamlu festi kbar hija u dieħla lura f’Ġerusalemm, u għalhekk din il-festa tissejjaħ tal-Eżaltazzjoni tas-Salib jew aħjar tal-Glorja. Dik tad-Duluri ntgħażlet li tkun f’din id-data mill-qaddis Papa San Piju X. Kellu raġun dan il-Papa li jagħżel din id-data għax tassew jixraq li wara l-unur li jingħata lis-Salib ta’ Kristu, nagħtu wkoll ġieħ lill-Verġni Marija fid-Duluri tagħha. Għax kienet hi sa mit-twelid ta’ Binha kellha tbati miegħu f’dan il-wied ta’ dmugħ. Kienet hi li laqgħet l-uġigħ kollu meta kienet tisma’ b’min ma jridx jaf bih u riedu jixħtuh minn l-għolja għal isfel… tinkwieta għax tisma’ b’min kien kontrieh u b’dawk li kienu qegħdin jikkonfoffaw kontrieh. Hi li ħasset dwejjaq mill-kbar għal waqt il-ħin li ttradewh, ikkundannawh u ħaqruh bla ħniena. Hi li ħasset uġigħ liema bħalu waqt l-agunija u l-mewt. Hi li ħasset solitudni liema bħala f’jum is-Sibt, lejliet il-qawmien. Dan ħassitu b’mod naturali bħala omm imma wkoll b’mod spirtiwali bħala dixxiplu; iva u huwa għalhekk li f’dan iż-żmien hija għażlet li matul dawn l-aħħar snin, il-Madonna f’Malta u fid-dinja kollha permezz ta’ Radju Marija tibqa’ tkompli tħoss magħna. Għax permezz ta’ dan il-leħen tagħha hija tibqa’ turina kemma għadha tħoss għad-dinja kollha. Tħoss fejn hemm pajjiżi li lil Binha Ġesù għadhom qed jaħqruh u joqtluh f’ħutu Nsara ppersegwitati. Iva, il-Madonna għadha tħoss għal dawk li għadhom jikkonfoffaw, jonsbuh u jixiequ jsikktuh. Ukoll f’xi pajjiżi li jippruvaw issiktu lil Insara u lill-istazzjon Radju Marija… jew b’saħħa ma jriduhx u ma jingħatalhomx il-permess li jiftħu stazzjon. Imma iva għeżież ħbieb tagħna, id-Duluri tibqa’ tħoss hawn ukoll f’Radju Marija Malta ma’ dawk li għaddejjin...

    Read More

    The post Tħoss Magħkom appeared first on Radju Marija.

  • Isimgħu Lilu!

    radjumarija.org | Tuesday, 31 July 2018 01:10:41

    Għeżież ħbieb, “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Dan hu l-kliem li se nisimgħu meta jiġi moqri l-Vanġelu li jfakkar it-Trasfigurazzjoni tal-Mulej jew kif nafuha aħjar, is-Salvatur, nhar is-6 ta’ Awwissu. Minn dan nixtieq nieħu biss il-vers li fih Alla l-Missier isemma’ leħnu waqt li Ġesù jidher kollu dija fuq il-Muntarnja Tabor. “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Nixtieq nieħdu biss il-kliem ‘Isimgħu lilu’, għax fil-kelma smigħ għandek l-imġiba veru tal-bniedem ta’ Alla. L-Iskrittura tispjegalna li għal kuntrarju ta’ dak li kienu jemmnu l-pagani, speċjalment il-filosfi Griegi; li biex tifhem kollox trid tara, għal-Lhud trid tisma’ biex ikollok il-verità sħiħa. Fis-smigħ inti qed tiftaħ qalbek verament għal Alla. Għax il-fidi jiġi mis-smigħ u dan hu x-xogħol aħħari ta’ Radju Marija. Permezz tas-smigħ ta’ dan ir-Radju, iktar se nikbru fl-għarfien tat-tagħlim ta’ Alla, insiru iktar midħla tal-verità waħdanija ta’ Kristu mhux għax nisimgħu b’attenzjoni biss, imma għax nisimgħu bil-qalb miftuħa. Is-smigħ se jkompli jgħinna biex nobdu wkoll ir-rieda ta’ Alla għax fil-verità tagħmel sens u hi ta’ ġid għalina. Permezz tas-smigħ ta’ Radju Marija, għadna għajnuna oħra biex nisimgħu lil Ġesù Kristu li hu l-aħħar kelma ta’ Alla l-Missier għal bnedmin kollha u din hi l-istedina tiegħu: “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi… isimgħu lilu.” (Mt:17:6) Mela f’dan l-ispirtu, komplu isimgħu Radju Marija u bħal Verġni Mbierka, kollox isimgħu u żommu f’qalbkom għax “…hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!” (Lq11;28) Ħallu lil Radju Marija jkun parti mit-talb tagħkom biex dejjem ifakkarkom fil-Mulej tagħna għax Hu jisma’ lil dawk li għandhom qalbhom miftuħa għalih, jisma’ lil dawk li jgħixu fl-umiltà għax qegħdin fl-iskola tal-mara umli ta’ Nazzaret li tagħha hu dan ir-Radju! Dejjem tagħkom f’Ġesu’ u Marija   Fr Antoine Borg Direttur Radju Marija

    The post Isimgħu Lilu! appeared first on Radju Marija.

  • U baqgħu mistagħġba u miblugħa!

    radjumarija.org | Tuesday, 26 June 2018 19:02:46

    Dan hu l-kliem tal-Atti tal-Appostli fil-kapitlu tlieta, vers għaxra meta jitkellem fuq l-imġiba tan-nies għall-miraklu li għamel San Pietru wara Pentekoste. Dan hu l-kliem tiegħi u ta’ sħabi f’Radju Marija lbieraħ u llum għar-reazzjoni kbira li ħolqot din l-aħbar tal-ħatra tiegħi bħala Direttur ta’ dan l-istazzjon tal-Madonna. Reazzjoni li bdiet il-Ħadd minn Facebook ta’ mijiet li kkumentaw u eluf li segwew il-paġna tagħna, kif ukoll il-ħafna telefonati on air u fir-reception, kif ukoll il-messaġġi li daħlu waqt l-intervista li saritli mill-Head of Programmes. Għalhekk ħassejt li kelli nikbteb b’mod personali biex nuri l-apprezzament tiegħi kemm għall-imħabba li qegħdin turuni imma fuq kollox l-imħabba lejn it-team li naħdmu flimkien hawn kuljum u fuq kollox lejn dawk il-voluntiera li jagħtu l-ħidma tagħhom kull ġimgħa jew kull xahar. X’naqbad ngħidlikom iktar egħżież semmiegħa… BELLAHTUNI u BELLAHTUNA! Imma fuq kollox grazzi għax dan juri wkoll l-imħabba kbira li għandkom lejn il-Mulej tagħna u lejn is-Sultana ta’ dan ir-Radju. Il-Mulej iħariskom u jberikkom Tagħkom fi Kristu u Ommu Marija Fr Antoine Borg Direttur

    The post U baqgħu mistagħġba u miblugħa! appeared first on Radju Marija.

  • Ħatra ta’ Direttur ta’ Radju Marija

    radjumarija.org | Saturday, 23 June 2018 19:46:11

    B’ferħ kbir Radju Marija jħabbar il-ħatra ta’ Dun Antoine Borg bħala Direttur ta’ Radju Marija Malta. Dun Antoine Borg ilu għal dawn l-aħħar snin jagħti sehemu f’Radju Marija bi programmi differenti u issa ġie fdat bir-responsabbiltà li jmexxi lil Radju Marija. Dun Antoine twieled il-Mosta nhar il-31 ta’ Marzu 1973 . Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Mosta fejn kompla bl-istudji tieghu fil-Kullegg St. Edward’s. Huwa ġie Ordnat Saċerdot fl-20 ta’ Ġunju 2003 userva diversi ħatriet fosthom viċi Arċipriet fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta l-Mosta u Kappillan fil-lokalità tal-Imġarr. Fil-prezent Dun Antoine jokkupa l-ħatra ta’ Rettur taz-zona Pastorali ta’ Sant’Andrija, il-Mosta. Radju Marija jħeġġeġ lis-semmiegha biex iżommu lil Dun Antoine f’talbhom f’din il-missjoni importanti afdata lilu. It is with great joy that Radju Marija announces the appointment of Fr Antoine Borg as Director of Radju Marija Malta. Fr Antoine Borg has been a regular contributor of Radju Marija by presenting different programmes and now has been entrusted with the responsability of leading Radju Marija. Fr Antoine was born in Mosta on the 31st of March 1973. He received his education at Mosta Primary School and later continued his studies at St Edward’s College. He was ordained as a priest on the 20th of June 2003 and has served in various roles including vice Archpriest of Mosta Parish and Parish Priest of Mgarr. Presently Fr Antoine is Rector of the Sant’Andrija Pastoral Area in Mosta. Radju Marija encourages its listeners to pray for Fr Antoine in this important mission to him entrusted. https://soundcloud.com/…/press-release-fr-antoine-b…/s-kyIve

    The post Ħatra ta’ Direttur ta’ Radju Marija appeared first on Radju Marija.

Top 10: Deutschland Top 10: Deutschland

Genre: Various
Video Streaming
  • Play   Lagu Indonesia Terbaik - Terpopuler - Terhits Sepanjang Masa #MusicStream #LiveMusic #DirumahAja
  • Play   Best Radio 1 • Live Radio Pop Music 2020' Best English Songs Of All Time - New Popular Songs 2020
  • Play   Fenomen Pop Live Radio • Pop Music 2020 - Best English Songs Of All Time - New Popular Songs 2020
  • Play   lofi hip hop radio - beats to relax/study to
  • Play   Dance Music Live Radio • Best English Songs 2020 - Top Hits 2020 New Pop Songs Remix
  • Play   Tropical House Radio • 24/7 Live Radio | Best Relax House, Chillout, Study, Running, Happy Music
  • Play   The Good Life Radio • 24/7 Live Radio | Best Relax House, Chillout, Study, Running, Gym, Happy Music
  • Play   New Popular Songs 2020 - Top 40 Songs This Week - Best Hits Music Playlist 2020
  • Play   Deep Legacy. Radio • 24/7 Music Live Stream | Deep & Tropical House, Chill Out, Dance Music, EDM
  • Play   Sunday Coffee: Relaxing Jazz Radio - Smooth JAZZ & Soft Bossa Nova for Calm, Work, Study at Home